|
14.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – Il-Litwanja) – “Lifosa” UAB vs Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
(KawżaC-75/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 29(1) - Artikolu 32(1)(e)(i) - Kodiċi Doganali tal-Unjoni - Regolament (UE) Nru 952/2013 - Artikolu 70(1) - Artikolu 71(1)(e)(i) - Determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali - Valur tat-tranżazzjoni - Aġġustament - Prezz li jinkludi l-kunsinna fuq il-fruntiera)
(2021/C 228/10)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent:“Lifosa” UAB
Konvenut: Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
Fil-preżenza ta’: Kauno teritorinė muitinė, “Transchema” UAB
Dispożittiv
L-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 32(1)(e)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità kif ukoll l-Artikolu 70(1) u l-Artikolu 71(1)(e)(i) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali ta’ merkanzija importata, ma hemmx lok li mal-valur tat-tranżazzjoni tagħha jiżdiedu l-ispejjeż effettivament sostnuti mill-produttur għat-trasport ta’ din il-merkanzija sal-introduzzjoni ta’ din il-merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea meta, skont il-kundizzjonijiet tal-kunsinna miftiehma, l-obbligu li jiġu koperti dawn l-ispejjeż ikun jaqa’ fuq il-produttur, u dan anki jekk l-ispejjeż imsemmija jeċċedu l-prezz effettivament imħallas mill-importatur, meta dan il-prezz ikun jikkorrispondi mal-valur reali tal-merkanzija msemmija, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.