12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg – Il-Ġermanja) – AR vs Stadt Pforzheim

(Kawża C-56/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Liċenzja tas-sewqan - Rikonoxximent reċiproku - Irtirar tal-liċenzja fit-territorju ta’ Stat Membru differenti mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja - Inklużjoni ta’ indikazzjoni fuq il-liċenzja tas-sewqan li tindika l-assenza ta’ validità tagħha fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru)

(2021/C 278/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AR

Konvenut: Stadt Pforzheim

Dispożittiv

Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/94/UE tat-28 ta’ Novembru 2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li Stat Membru li jkun adotta, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) ta’ din id-direttiva, kif emendata bid-Direttiva 2011/94, deċiżjoni ta’ rifjut ta’ rikonoxximent tal-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor minħabba aġir li jikkostitwixxi ksur mid-detentur tagħha, li seħħ matul residenza temporanja fit-territorju tal-ewwel Stat Membru wara l-ħruġ ta’ din il-liċenzja, jagħmel ukoll fuq l-imsemmija liċenzja indikazzjoni li tipprojbixxi lil dan id-detentur milli jsuq fl-imsemmi territorju, filwaqt li l-imsemmi detentur ma stabbilixxiex ir-residenza normali tiegħu, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/126, kif emendata bid-Direttiva 2011/94, fit-territorju tiegħu.


(1)  ĠU C 209, 22.06.2020.