14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-51/20) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ rkupru - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li tiġi rkuprata l-għajnuna illegali u inkompatibbli - Sanzjonijiet finanzjarji - Natura proporzjonata u dissważiva - Pagamenti ta’ penalità - Somma f’daqqa - Kapaċità ta’ ħlas - Ponderazzjoni tal-voti tal-Istat Membru fil-Parlament Ewropew)

(2022/C 119/07)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u B. Stromsky, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: K. Boskovits u A. Samoni-Rantou, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħaditx il-miżuri kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-481/16, mhux ippubblikata, EU:C:2017:845), ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea pagamenti ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR 4 368 000 għal kull perijodu ta’ sitt xhur mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza sad-data tal-eżekuzzjoni kompleta tas-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-485/16, mhux ippubblikata, EU:C:2017:845).

3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ EUR 5 500 000.

4)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 87, 16.3.2020