12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – Il-Ġermanja) – F. vs Stadt Karlsruhe

(Kawża C-47/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Liċenzja tas-sewqan - Irtirar tal-liċenzja fit-territorju ta’ Stat Membru differenti mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja - Tiġdid tal-liċenzja mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja wara d-deċiżjoni ta’ rtirar - Assenza ta’ awtomatiċità tar-rikonoxximent reċiproku)

(2021/C 278/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: F.

Konvenut: Stadt Karlsruhe

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru, li fit-territorju tiegħu d-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan tal-kategoriji A u B maħruġa minn Stat Membru ieħor ikun tneħħielu d-dritt tas-sewqan minħabba aġir li jikkostitwixxi ksur, li seħħ waqt residenza temporanja f’dan it-territorju wara l-ħruġ tal-imsemmija liċenzja, jirrifjuta li jirrikonoxxi sussegwentement il-validità ta’ din il-liċenzja, wara li din tkun ġiet imġedda, skont l-Artikolu 7(3) ta’ din id-direttiva, mill-Istat Membru fejn tinsab ir-residenza normali tad-detentur tal-imsemmija liċenzja, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 tal-imsemmija direttiva. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk, konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ir-regoli previsti mil-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li d-detentur tal-liċenzja tas-sewqan għandu jissuġġetta ruħu għalihom sabiex jirkupra d-dritt tas-sewqan fit-territorju tiegħu, jeċċedux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex mid-Direttiva 2006/126, li jikkonsisti fit-titjib tas-sigurtà fit-toroq.


(1)  ĠU C 161, 11.5.2020.