23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Novembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-24/20) (1)
(Rikors għal annullament - Deċiżjoni (UE) 2019/1754 - Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta’ Genève tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi - Artikolu 3(1) TFUE - Kompetenza esklużiva tal-Unjoni - Artikolu 207 TFUE - Politika kummerċjali komuni - Aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali - Artikolu 218(6) TFUE - Dritt ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea - Modifika mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-proposta tal-Kummissjoni - Artikolu 293(1) TFUE - Applikabbiltà - Artikolu 4(3), Artikolu 13(2) u Artikolu 17(2) TUE - Artikolu 2(1) TFUE - Prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi, ta’ ekwilibriju istituzzjonali u ta’ kooperazzjoni leali)
(2023/C 24/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Castillo de la Torre, I. Naglis u J. Norris, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre, M. Konstantinidis u J. Norris, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, M. Balta u A.-L. Meyer, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Jacobs, C. Pochet, u M. Van Regemorter, aġenti), r-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: K. Najmanová, H. Pešková, M. Smolek u J. Vláčil, aġenti), Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: K. Boskovits u M. Tassopoulou, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. Bain, J.-L. Carré, A.-L. Desjonquères u T. Stéhelin, aġenti), Ir-Repubblika tal-Kroazja (rappreżentant: G. Vidović Mesarek, aġent), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato), L-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér u K. Szíjjártó, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. K. Bulterman u J. Langer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: A. Posch, E. Samoilova, J. Schmoll, aġenti, u minn H. Tichy), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: inizjalment minn P. Barros da Costa, L. Inez Fernandes, J. P. Palha u R. Solnado Cruz, aġenti, sussegwentement minn P. Barros da Costa, J. P. Palha u R. Solnado Cruz, aġenti)
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 3 u, sa fejn fih riferimenti għall-Istati Membri, l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1754 tas-7 ta’ Ottubru 2019 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, huma annullati. |
2) |
L-effetti tal-partijiet annullati tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1754 jinżammu biss sa fejn dawn jikkonċernaw Stati Membri li, fid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, diġà għamlu użu mill-awtorizzazzjoni, prevista fl-Artikolu 3 ta’ din id-deċiżjoni, li jirratifikaw l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, jew li jaderixxu miegħu, flimkien mal-Unjoni Ewropea, sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma jeċċedix sitt xhur minn din id-data, ta’ deċiżjoni ġdida tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
4) |
Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, l-Ungerija, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |