Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) tal‑15 ta’ Lulju 2020 – Koopman International vs EUIPO – Tinnus Enterprises u Mystic Products (Installazzjonijiet għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi)
(Kawża T‑842/19)
“Rikors għal annullament – Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta installazzjonijiet għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi – Sospensjoni tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Inammissibbiltà”
|
1. |
Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti preparatorji – Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 20 sa 22, 27) |
|
2. |
Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti preparatorji – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju li jiġu sospiżi l-proċedimenti ta’ appell sakemm tingħata deċiżjoni definittiva mill-Qorti Ġenerali fil-kawża li tista’ tinfluwenza l-proċedimenti pendenti – Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 61(1)) (ara l-punti 25, 26 u 28) |
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni provviżorja tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Settembru 2019 (Każ R 1010/2018-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, Mystic Products Import & Export u Koopman International u, min-naħa l-oħra, Tinnus Enterprises.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Koopman International BV hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Tinnus Enterprises LLC. |