Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2020 – Silgan International u Silgan Closures vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-808/19 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Talba għal informazzjoni – Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 11-14)

2. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu purament ipotetiku bbażat fuq is-seħħ ta’ avvenimenti futuri u inċerti – Natura insuffiċjenti sabiex tiġi ġġustifikata l-urġenza – Talba għal informazzjoni indirizzata lir-rikorrent – Nuqqas ta’ urġenza

(Artikoli 278 u 279 TFUE)

(ara l-punti 17-24, 26-32)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 8501 final tal-20 ta’ Novembru 2019 dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18(3) u tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ AT.40522 – Imballaġġi tal-metall).

Dispożittiv

1) 

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2) 

L-ispejjeż huma rriżervati.