Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2020 – IMG vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑645/19)
“Rikors għal annullament – Kooperazzjoni għall-iżvilupp – Implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni permezz ta’ ġestjoni indiretta – Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja – Ittra tal-Kummissjoni li titlob li jiġu prodotti ċerti dokumenti – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Inammissibbiltà – Rikors għad-danni – Rabta stretta mat-talbiet għal annullament – Lis pendens – Inammissibbiltà – Nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti formali – Artikolu 76(d) tar-Regolament tal-proċedura – Inammissibbiltà manifesta”
|
1. |
Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti preparatorji – Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 45 sa 49) |
|
2. |
Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni kemm tal-motivazzjoni kif ukoll tad-dispożittiv tas-sentenza – Retroattività tal-annullament (Artikolu 266 TFUE) (ara l-punti 55, 56, 58, 59, 67) |
|
3. |
Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni – Portata – Deċiżjoni li ma għandhiex neċessarjament tirriproduċi l-istess raġunijiet bħal dawk li jidhru fl-att annullat (Artikolu 266 TFUE) (ara l-punt 57) |
|
4. |
Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Adozzjoni ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni – Terminu raġonevoli – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Ittra tal-Kummissjoni li titlob li jiġu prodotti ċerti dokumenti – Att preparatorju – Talba għall-annullament tal-imsemmija ittra – Inammissibbiltà (Artikolu 266 TFUE) (ara l-punti 72 sa 76) |
|
5. |
Rikors għad-danni – Talba għad-danni marbuta ma’ talba għal annullament – Ċaħda ta’ talba għal annullament li twassal għaċ-ċaħda tat-talba għad-danni (ara l-punt 80) |
|
6. |
Proċedura ġudizzjarja – Eċċezzjoni ta’ lis alibi pendens – Identiċità tal-partijiet, tas-suġġett u tal-motivi taż-żewġ rikorsi – Inammissibbiltà tar-rikors ippreżentat fit-tieni lok (ara l-punt 82) |
|
7. |
Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Assenza – Rikors għad-danni – Inammissibbiltà manifesta (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 76(d) u 126) (ara l-punti 89 sa 93) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2019 li permezz tagħha din tal-aħħar, fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-31 ta’ Jannar 2019, International Management Group vs Il‑Kummissjoni (C‑183/17 P u C‑184/17 P, EU:C:2019:78), tistieden lir-rikorrenti tipproduċi ċerti dokumenti u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament subixxa minħabba din l-ittra u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni annullati permezz tal-imsemmija sentenza.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
International Management Group (IMG) huwa kkundannat għall-ispejjeż. |