Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2020 –
Perfect Bar vs EUIPO (PERFECT BAR)
(Kawża T‑553/19)
“Rikors għal annullament – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PERFECT BAR – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti – Artikolu 72(6) tar-Regolament 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”
1. |
Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni kemm tal-motivazzjoni kif ukoll tad-dispożittiv tas-sentenza – Retroattività tal-annullament (Artikolu 266 TFUE) (ara l-punti 25, 26) |
2. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 41) |
3. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 42-44) |
4. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark verbali PERFECT BAR (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 57-60) |
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat‑22 ta’ Mejju 2019 (Każ R 371/2019‑5), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PERFECT BAR bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt. |
2) |
Perfect Bar LLC hija kkundannata għall-ispejjeż. |