Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas‑26 ta’ Settembru 2019 –
Sipcam Oxon vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑518/19 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Regolament (KE) Nru 1107/2009 – Sustanza attiva klorotalonil – Kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni ta’ tqegħid fis-suq – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”
|
1. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)) (ara l-punti 19, 21, 22) |
|
2. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentarji fid-dettall (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 26, 31) |
|
3. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba – Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra – Inammissibbiltà (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(5)) (ara l-punti 28 sa 30, 32) |
|
4. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba – Possibbiltà li jiġu kkompletati l-informazzjoni u l-provi prodotti fir-rikors – Setgħa diskrezzjonali tal-qorti tal-Unjoni (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 33, 34) |
|
5. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Natura gravi tad-dannu – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti – Evalwazzjoni fid-dawl tad-daqs tagħha u tad-dħul mill-bejgħ tagħha, kif ukoll tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza – Attività fi swieq irregolati ħafna – Teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi proprji ta’ kull każ (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 38, 40, 41, 46) |
|
6. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu strettament pekunjarju (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 66, 67) |
|
7. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju li jista’ jwassal għal kumpens finanzjarju sussegwenti – Teħid inkunsiderazzjoni tal-partikolaritajiet tal-każ li jistabbilixxi l-urġenza (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punt 69) |
|
8. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Dannu li ma jistax jissarraf f’ċifri – Dannu li ma jistax jiġi kkumpensat permezz ta’ rikors għad-danni – Natura irreparabbli (Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE, 279 TFUE u 340 TFUE) (ara l-punti 86 sa 88) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiza għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/677 tad‑29 ta’ April 2019 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva klorotalonil skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2019, L 114, p. 15).
Dispożittiv
|
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |