Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2019
VDV eTicket Service vs Il-Kummissjoni u INEA

(Kawża T-516/19)

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ‘Horizon 2020’ (2014-2020) – Proġett ‘European Travellers Club: Account-Based Travelling across the European Union – ETC’ – Ftehim ta’ għotja – Deċiżjoni tal-INEA li tiddikjara ineliġibbli ċerti spejjeż sostnuti fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ subappalt – Identifikazzjoni żbaljata tal-konvenut – Att li jaqa’ f’kuntest purament kuntrattwali li huwa inseparabbli minnu – Aspettattivi leġittimi – Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

1. 

Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali – Annullament ta’ ittra maħruġa mill-INEA dwar il-kalkolu ta’ għotja mogħtija fil-kuntest ta’ ftehim ta’ għotja – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Inammissibbiltà

(Artikoli 256(1), 263, 272 u 274 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 130(1) u (7))

(ara l-punti 33 sa 36, 38, 41, 42)

2. 

Proċedura ġudizzjarja – Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt suġġett għad-dritt nazzjonali – Applikabbiltà tad-dritt nazzjonali sostantiv – Issuġġettar tal-ftehim ta’ għotja għar-regoli tad-dritt tal-Unjoni, ikkompletat, skont il-bżonn, mid-dritt nazzjonali

(Artikolu 272 TFUE)

(ara l-punti 50, 51)

3. 

Proċedura ġudizzjarja – Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehim konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni – Rifjut tal-INEA li tikkunsidra bħala spejjeż eliġibbli ċerti spejjeż sostnuti fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ subappalt – Talba għal rimbors tal-imsemmija spejjeż sostnuti – Kontestazzjoni mill-benefiċjarju tal-metodu ta’ kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli – Abbuż ta’ dritt allegatament imwettaq mill-INEA – Kundizzjonijiet – Assenza – Invokazzjoni tal-obbligu ta’ diliġenza – Portata – Obbligu tal-INEA li tivverifika r-rieda u l-possibbiltà tal-benefiċjarju li jikkonforma ruħu mal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tal-kuntratt – Assenza

(Artikoli 263 u 272 TFUE)

(ara l-punti 52, 54, 56 sa 60)

4. 

Proċedura ġudizzjarja – Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehim konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni – Rifjut tal-INEA li tikkunsidra bħala spejjeż eliġibbli ċerti spejjeż sostnuti fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ subappalt – Talba għal rimbors tal-imsemmija spejjeż sostnuti – Kontestazzjoni mill-benefiċjarju tal-metodu ta’ kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli – Invokazzjoni tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet – Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni – Invokazzjoni ta’ astensjoni mit-teħid ta’ azzjoni fil-mument tal-abbozz tal-ftehim, fil-mument tal-konklużjoni tal-imsemmi ftehim u fil-kuntest tal-implimentazzjoni tiegħu – Inammissibbiltà

(Artikoli 263 u 272 TFUE)

(ara l-punti 66, 68)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tiġi kkonstatata l-illegalità tan-nuqqas ta’ rikonoxximent, mill-ittra tal-INEA Ares(2019)3151305 tat-13 ta’ Mejju 2019, ta’ spejjeż li jammontaw għal EUR 407 443.04 fil-kuntest tal-Programm “Horizon 2020” u, min-naħa l-oħra u sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-istess ittra sa fejn din iddikjarat ineliġibbli l-imsemmija spejjeż li jammontaw għall-imsemmi ammont.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud parzjalment bħala inammissibbli u parzjalment bħala manifestament infondat fid-dritt.

2) 

VDV eTicket Service GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż