Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 –
CE vs Il‑Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża T‑355/19 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Servizz pubbliku – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”

1. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 278 u 279 TFUE)

(ara l-punti 16, 18, 19)

2. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Rekwiżiti formali – Preżentazzjoni tat-talbiet – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors u fin-noti – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra – Inammissibbiltà

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156)

(ara l-punti 17, 24, 25, 27)

3. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu purament ipotetiku bbażat fuq is-seħħ ta’ avvenimenti futuri u inċerti – Natura insuffiċjenti sabiex tiġi ġġustifikata l-urġenza

(Artikoli 278 u 279 TFUE)

(ara l-punti 22, 23, 45, 46)

4. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentarji fid-dettall

(Artikoli 278 u 279 TFUE)

(ara l-punt 26)

5. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Riskju ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali – Riskju li fih innifsu ma jikkostitwixxix dannu serju

(Artikoli 278 u 279 TFUE)

(ara l-punt 32)

6. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu morali li ma jistax jiġi rrimedjat aħjar fi proċeduri għal miżuri provviżorji milli fil-kawża prinċipali – Assenza ta’ urġenza

(Artikoli 278 u 279 TFUE)

(ara l-punti 37, 38)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, prinċipalment, tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-17 ta’ April 2019 li xxolji l-kuntratt tar-rikorrenti u, sussidjarjament, tal-ittra tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta’ Mejju 2019 dwar il-kundizzjonijiet dwar il-perijodu ta’ notifika u, min-naħa l-oħra, għall-adozzjoni tal-miżuri provviżorji dwar il-kundizzjonijiet tal-perijodu ta’ notifika.

Dispożittiv

1) 

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2) 

L-ispejjeż huma rriżervati.