Digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-24 ta’ Settembru 2021 – Pilatus Bank vs BĊE
(Kawża T‑139/19)
“Politika ekonomika u monetarja – Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Irtirar ta’ liċenzja – Funzjonijiet fdati lill-BĊE – Rikors manifestament infondat fid-dritt”
|
1. |
Proċedura ġudizzjarja – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Setgħa tal-Qorti Ġenerali li tiċħad rikors fuq il-mertu mingħajr ma tagħti deċiżjoni dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Portata tal-marġni ta’ evalwazzjoni tagħha (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 126 u 130) (ara l-punt 23) |
|
2. |
Politika ekonomika u monetarja – Politika ekonomika – Superviżjoni tas-settur finanzjarju tal-Unjoni – Mekkaniżmu superviżorju uniku – Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Entità mċaħħda mill-approvazzjoni meħtieġa sabiex ikollha aċċess għall-attività ta’ istituzzjoni ta’ kreditu – Kompetenza tal-BĊE sabiex jeżerċita funzjonijiet ta’ superviżjoni prudenzjali fir-rigward ta’ tali entità – Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 575/2013, Artikolu 4(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1024/2013, punti 1 u 3 tal-Artikolu 2, Artikoli 3(3), 4, u 14(1) u (5); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2013/36, Artikolu 9(1)) (ara l-punti 35 sa 41) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE tal-21 ta’ Diċembru 2018 li tiddikjara li l-BĊE ma kienx għadu kompetenti sabiex jiżgura s-sorveljanza prudenzjali diretta tar-rikorrenti u sabiex jieħu miżuri fir-rigward tagħha.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Pilatus Bank plc hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |