Digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat‑22 ta’ Ottubru 2019 –
BMC vs Il‑Kummissjoni u Impriża Konġunta Clean Sky 2
(Kawża T‑71/19)
“Rikors għal annullament – Riċerka, żvilupp teknoloġiku u spazju – Programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni “Horizon 2020” (2014‑2020) – Proċedura ta’ sejħa għal proposti H2020‑CS 2 -CFP08-FRC-2018-01 – Żvilupp ta’ sistema ta’ aspirazzjoni u ta’ protezzjoni kontra s-silġ għall-magna ta’ ħelikopters b’tilt rotors – Ċaħda tal-proposta ppreżentata mir-rikorrenti – Identifikazzjoni tal-konvenut – Inammissibbiltà parzjali”
Rikors għal annullament – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors ippreżentat kontra l-awtur tal-att ikkontestat – Eċċezzjonijiet – Atti adottati bis-saħħa ta’ setgħat iddelegati imputabbli lill-istituzzjoni li tagħti d-delega – Portata
(Artikolu 263 TFUE)
(ara l-punt 23)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-impriża konġunta Clean Sky 2 tas‑6 ta’ Diċembru 2018 li tiċħad it-talba għal reviżjoni tal-evalwazzjoni tal-proposta Nru 831874 “smart De-icing bARrier Filter (DwARF)” ippreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal proposti H2020-CS 2-CFP08-FRC-2018-01 u li tikkonferma d-deċiżjoni tal‑10 ta’ Ottubru 2018 tal-impriża konġunta Clean Sky 2 li permezz tagħha ċaħdet din il-proposta.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli peress li huwa ppreżentat kontra l-Kummissjoni Ewropea. |
|
2) |
BMC Srl hija kkundannata għall-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà. |