Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T‑57/19)

“Rikors għad-danni – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni”

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab minħabba l-inklużjoni żbaljata tar-rikorrent f’lista ta’ persuni li fir-rigward tagħhom japplikaw miżuri restrittivi – Esklużjoni – Esklużjoni

(Artikoli 24(1) u s-subparagrfu 2 u l-Artikolu 40 TUE; Artikolu 275 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2018/778 u (PESK) 2019/806]

(ara l-punti 23, 24, 26, 27, 31, 32)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li allegatament ġarrab ir-rikorrent wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778, tas-28 ta’ Mejju 2018, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16), u l-atti ta’ eżekuzzjoni sussegwenti tagħha, kif ukoll wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/806, tal-17 ta’ Mejju 2019, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 36), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Rami Makhlouf għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.