2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/50


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2019 – Kerangus vs EUIPO (ΑΠΛΑ!)

(Kawża T-882/19)

(2020/C 68/59)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Kerangus Holdings Ltd (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: A. –E Malami, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva ΑΠΛΑ! – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 554 918

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 1035/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 015554918/17.06.2016“ΑΠΛΑ! u rappreżentazzjoni” għall-prodotti u s-servizzi kollha fil-klassijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 8, 9, 14, 16, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 39, 43;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż skont l-Artikolu 190(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 67(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 207/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-konfront tal-applikanti kollha tal-UE.