|
9.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/54 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2019 – Worldwide Spirits Supply vs EUIPO – Melfinco (CLEOPATRA QUEEN)
(Kawża T-870/19)
(2020/C 77/75)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Worldwide Spirits Supply, Inc. (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: S. Demetriou, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Melfinco S.A. (Schaan, il-Liechtenstein)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CLEOPATRA QUEEN – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 027 338
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 1820/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali għandha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirrevoka d-deċiżjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità, billi tiddikjaraha nulla u bla effett; |
|
— |
alternattivament, |
|
— |
tbiddel sostanzjalment il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata, hekk li r-rikorrenti għandha tkun mistiedna tipproduċi provi ta’ użu ġenwin jew inkella tkun mistiedna sabiex tasal għal ftehim bonarju ma’ Melfinco S.A. fil-kuntest ta’ koeżistenza. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |