17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/61


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2019 – Franz Schröder vs EUIPO – RDS Design (MONTANA)

(Kawża T-855/19)

(2020/C 54/66)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Franz Schröder GmbH & Co. KG (Delbrück-Nordhagen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Pechan u N. Fangmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: RDS Design ApS (Allerød, id-Danimarka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali MONTANA – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 211 278 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 1006/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u tiddikjara li r-Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark Nru 1 211 278 hija invalida għall-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-prodotti kontenzjużi;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri ta’ appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.