|
10.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 45/85 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2019 – Grammer vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ figura ġeometrika)
(Kawża T-833/19)
(2020/C 45/71)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Grammer AG (Amberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ figura ġeometrika) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 389 621
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 1478/2019-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |