27.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/67


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2019 – Nutravita vs EUIPO – Pegaso (nutravita Healthy Mind, Body & Soul.)

(Kawża T-814/19)

(2020/C 27/67)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nutravita Ltd (Maidenhead, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: H. Dhondt u J. Cassiman, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pegaso Srl (Negrar, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuż: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea nutravita Healthy Mind, Body & Soul tal-kuluri aħdar ċar u iswed – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 255 804.

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Settembru 2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 47 (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625

Ksur tal-Artikolu 71(1)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; u

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.