9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/62


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2019 – FF&GB vs EUIPO (ONE-OFF)

(Kawża T-707/19)

(2019/C 413/75)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: FF&GB Srl (Mantova, l-Italja) (rappreżentant: M. Locatelli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ONE-OFF – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 933 041.

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Awwissu 2019 fil-Każ R 239/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara li t-trade mark ONE-OFF tista’ tiġi rreġistrata bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea għall-prodotti fil-klassijiet 18 u 25 kif indikati fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 933 041;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ koerenza u ugwaljanza fit-trattament.