9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/59


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2019 – Kerry Luxembourg vs EUIPO – Ornua (KERRYMAID)

(Kawża T-693/19)

(2019/C 413/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kerry Luxembourg Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant tat-trade mark ikkonċernata: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “KERRYMAID” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 083 251

Proċedimenti quddiem il-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 2473/2013-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn l-appell ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tat-22 ta’ Ottubru 2013 tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fil-Każ B 1 938 417 ġie miċħud;

tiċħad l-oppożizzjoni miġjuba minn Ornua Co-operative Ltd kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni KERRYMAID, Nru 10 083 251;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Ornua Co-operative Ltd, jekk din tintervjeni, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.