|
9.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/58 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2019 – Hasbro vs EUIPO – Kreativni Dogadaji (MONOPOLY)
(Kawża T-663/19)
(2019/C 413/70)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hasbro, Inc. (Pawtucket, Rhode Island, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Moss, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kreativni Dogadaji d.o.o. (Żagreb, il-Kroazja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “MONOPOLY” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 071 961
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 1849/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal smigħ xieraq. |