25.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/87 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2019 – Ferriera Valsabbia u Valsabbia Investimenti vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-655/19)
(2019/C 399/106)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ferriera Valsabbia SpA (Odolo, l-Italja), Valsabbia Investimenti SpA (Odolo, l-Italja) (rappreżentanti: D. Slater, Solicitor, G. Carnazza u D. Fosselard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni, sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, kif ukoll tal-Artikoli 14 u 27(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), u tal-Artikoli 11, 12 u 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81).
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata u ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE.
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li wasslu għal ksur tal-liġi u għal eċċess ta’ poter.
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE, fuq motivazzjoni żbaljata u kontradittorja, u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.
|