11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/78


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2019 – eSky Group IP vs EUIPO - Gröpel (e)

(Kawża T-646/19)

(2019/C 383/86)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: eSky Group IP sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: P. Kurcman, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gerhard Gröpel (Straubing, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “e” bil-kuluri turkważ, abjad, blu skur, blu u roża ċar – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 731 333

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 223/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tad-29 ta’ Novembru 2018 adottata fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 957 168;

tibgħat il-kawża lura lill-EUIPO;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti fil-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/21001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.