11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/76 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2019 – Dermavita vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVEDERM ULTRA)
(Kawża T-643/19)
(2019/C 383/84)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dermavita Co. Ltd (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allergan Holdings France (Courbevoie, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni JUVEDERM ULTRA – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 295 638
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Lulju 2019 fil-Każijiet Magħquda R 1655/2018-4 u R 1723/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata dwar iċ-ċaħda tal-appell R 1723/2018-4 u d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ revoka ta’ trade mark tal-Unjoni Nru 6 295 638 għall-prodotti fil-klassi 5 u; |
— |
tordna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra jsostnu l-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti li titlob l-annullament f’kull stadju tal-azzjoni tar-revoka u tal-proċedimenti tal-appell, inkluż il-proċedimenti quddiem l-EUIPO u l-Qorti Ġenerali. |
Motivi invokati
— |
Interpretazzjoni żbaljata tad-dritt applikabbli għall-evalwazzjoni tan-natura tal-prodotti li għalihom intużat it-trade mark; |
— |
Interpretazzjoni żbaljata ta’ diversi provi dwar l-użu tat-trade mark minn terz bil-kunsens tal-propretarju tat-trade mark. |
— |
Insuffiċjenza tal-prova ta’ kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark, fis-sens tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |