11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/73


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2019 – Sánchez Romero Carvajal Jabugo vs EUIPO – Embutidos Monells (5Ms MMMMM)

(Kawża T-639/19)

(2019/C 383/81)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sánchez Romero Carvajal Jabugo, SAU (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentant: J.M. Iglesias Monravá, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Embutidos Monells, SA (San Miguel de Balenya, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “5Ms MMMMM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 338 998

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 1728/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad, konsegwentement, ir-Reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Nru 16 338 998“5Ms MMMMM” fil-klassi 29;

tikkundanna għall-ispejjeż lil dawk li jopponu għal dan ir-rikors.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.