28.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/34 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2019 – Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND)
(Kawża T-616/19)
(2019/C 363/43)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schmitz u M. Breuer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Haribo The Netherlands & Belgium BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “WONDERLAND” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 263 295
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 2164/2019-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |