4.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/33


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2019 – Bartolomé Alvarado u Grupo Preciados Place vs EUIPO – Alpargatas (ALPARGATUS PASOS ARTESANALES)

(Kawża T-606/19)

(2019/C 372/34)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: José Fernando Bartolomé Alvarado (Madrid, Spanja) u Grupo Preciados Place, SL (Madrid) (rappreżentant: P. García Remacha, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alpargatas SA (São Paulo, il-Brażil)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva ALPARGATUS PASOS ARTESANALES – trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 750 624

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 1825/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkunsidra li r-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-20 ta’ Ġunju 2019 u nnotifikat lir-rikorrenti fil-5 ta’ Lulju 2019, ġie ppreżentat fil-ħin u fil-forma korretta u, permezz tal-formalitajiet legali opportuni, tagħti sentenza li tilqa’ r-rikors u, għaldaqstant, tannulla d-deċiżjoni kkontestata, tiċħad it-talbiet kollha tal-kumpannija ALPARGATAS S.A. u żżomm fis-seħħ ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 1475064, bil-konsegwenzi kollha legali li jirriżultaw minn dan.

Motivi invokati

Nuqqas ta’ konformità tad-deċiżjoni kkontestata mas-sentenza res judicata invokata mir-rikorrenti;

Nuqqas ta’ konformità fir-rigward tal-analiżi mwettaq mill-Uffiċċju inkonnessjoni max-xebh ta’ bejn it-trade marks kunfliġġenti;

Id-deċiżjoni timmonopolizza l-isem “alpargata” bi ksur tal-ordinament ġudizzjarju u tal-kriterji tal-istess Uffiċċju; u

Assenza ta’ riskju ta’ assoċjazzjoni u ta’ konfużjoni.