30.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/74


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2019 — Muratbey Gida vs EUIPO (Forma ta’ ġobon immaljat)

(Kawża T-570/19)

(2019/C 328/82)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Muratbey Gida Sanayi Ve Ticaret AȘ (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: M. Schork, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedura quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark tridimensjonali bil-kulur iswed u abjad (Forma ta’ ġobon immaljat) — Reġistrazzjoni Nru 17 909 082

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża R 106/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.