7.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 337/19 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2019 – Perfect Bar vs EUIPO (PERFECT BAR)
(Kawża T-563/19)
(2019/C 337/19)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Perfect Bar LLC (San Diego, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. Miazzetto, J. Gracia Albero, R. Seoane Lacayo u E. Cebollero González, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva “PERFECT BAR” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 376 064
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 372/2019-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u l-EUIPO. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 296 TFUE; |
— |
Ksur tal-Artikolu 72(6) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |