30.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/67 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2019 — Les Mousquetaires u ITM Entreprises vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-539/19)
(2019/C 328/75)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Les Mousquetaires (Pariġi, Franza), ITM Entreprises (Pariġi) (rappreżentanti: N. Jalabert-Doury, K. Mebarek u B. Chemama, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tordna li jingħaqdu l-kawża preżenti u l-Kawża T-255/17; |
— |
tilqa’ l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 sa fejn dan ma jipprovdix rimedju effettiv fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ spezzjoni konformement mal-Artikoli 6(1), (8) u (13) tal-[Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali] u mal-Artikoli 7 u 47 tal-[Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea]; |
— |
tannulla d-deċiżjoni AT.40466 — Tute 1 tat-13 ta’ Mejju 2019 li tordna lil Les Mousquetaires S.A.S., kif ukoll lis-sussidjarji tagħha kollha, biex jissottomettu ruħhom għal spezzjoni, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002; |
— |
tannulla r-rifjut tal-protezzjoni żgurata mid-dritt tal-Unjoni li kienu suġġetti għalih ir-rikorrenti; |
— |
tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni nnotifikata lir-rikorrenti fit-18 ta’ Ġunju 2019 li ċċaħadhom, mingħajr raġuni ġġustifikata, mid-dritt għal rimedju effettiv fir-rigward tad-data eżaminata fil-kuntest ta’ spezzjoni kontinwata; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali, tad-dritt għall-invjolabbiltà tad-domiċilju u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva minħabba n-nuqqas ta’ rimedju ġudizzjarju effettiv fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ spezzjoni. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat(Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205) u tad-drittijiet fundamentali minħabba li d-deċiżjoni ta’ spezzjoni ma hijiex immotivata biżżejjed u b’hekk ċaħdet lir-rikorrenti mill-garanziji fundamentali applikabbli f’dan il-kuntest. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 u tad-drittijiet fundamentali minħabba li l-Kummissjoni ma kellha ebda indizzju li jiġġustifika lid-deċiżjoni kkontestata. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, fuq ksur tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 u tad-drittijiet fundamentali minħabba li d-deċiżjoni ta’ spezzjoni ma tirriżultax għalhekk minn eżami imparzjali u b’mod kuntrarju tidher li ġiet adottata għal għanijiet differenti minn dawk eċċepiti. |
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 20(3) u (4), u 21 tar-Regolament Nru 1/2003 u tad-drittijiet fundamentali minħabba li r-rikorrenti ġew imċaħħda minn garanziji fundamentali oħra, li dawn stess jeżiġu n-nullità. |
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fil-mod kif il-Kummissjoni ddeċidiet dwar l-opportunità, dwar it-tul u dwar il-portata tal-ispezzjoni u tal-ispezzjoni kontinwata. |
7. |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali kkostitwit mid-deċiżjoni ta’ rifjut li tiġi żgurata protezzjoni adattata għal ċerti dokumenti li għalihom ir-rikorrenti kienu talbu l-benefiċċju ta’ protezzjoni tad-dritt tal-Unjoni. |
8. |
It-tmien motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali minħabba li ċ-ċħid, mingħajr raġuni ġġustifikata, tad-dritt li titressaq talba għas-sospensjoni tal-eżami tad-data ssiġillata quddiem qorti tal-Unjoni fl-istennija tal-konklużjoni tal-kawża preżenti. |