|
16.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 312/47 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2019 — Artur Florêncio & Filhos, Affsports vs EUIPO — Anadeco Gestion (sflooring)
(Kawża T-533/19)
(2019/C 312/39)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Artur Florêncio & Filhos, Affsports Lda (Sintra, il-Portugall) (rappreżentant: D. Martins Pereira Soares, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Anadeco Gestion, SA (Cartagena, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva sflooring bil-kuluri iswed, abjad u griż — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 943 586
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Mejju 2019 fil-Każ R 1870/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tippermetti bis-sħiħ dan l-appell |
|
— |
tannulla bis-sħiħ id-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
temenda d-deċiżjoni kkontestata, ibbażata fuq il-bażi f’dan l-appell u tiddikjara l-għoti tat-trademark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 943 588 sflooring; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mill-appellant, inklużi l-ispejjeż sostnuti fil-każ quddiem l-EUIPO; |
|
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra biex issostni l-ispejjeż tal-appellant fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO. |
Motivi invokati
|
— |
Insuffiċjenza tal-provi ta’ użu ġenwin tat-trademark preċedenti T-FLOORING |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |