30.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/61


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2019 — Puma vs EUIPO — Gemma Group (Xbiha ta’ annimal jaqbeż)

(Kawża T-510/19)

(2019/C 328/70)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gemma Group Srl (Cerasolo Ausa, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta xbiha ta’ annimal jaqbeż — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 573 474

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ April 2019 fil-Każ R 2057/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil GEMMA GROUP S.r.l. għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.