|
26.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/66 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2019 — Global Brand Holdings vs EUIPO (XOXO)
(Kawża T-503/19)
(2019/C 288/81)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Global Brand Holdings LLC (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. de Marion de Glatigny, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “XOXO” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 086 951
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ April 2019 fil-Każ R 1413/2018-1
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |