2.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/81 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2019 — CU vs Il-Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża T-487/19)
(2019/C 295/107)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CU (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Ottubru 2018 dwar it-tnaqqis tal-fattur ta’ multiplikazzjoni applikabbli għall-kalkolu tar-remunerazzjoni tar-rikorrent wara l-promozzjoni tiegħu għall-grad AD 14 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2018; |
— |
tikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), moqri flimkien mal-Artikolu 7(7) tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt kweżit tar-rikorrent għaż-żieda bil-fattur ta’ multiplikazzjoni applikabbli għall-kalkolu tar-remunerazzjoni tiegħu li tikkorrispondi għall-valur tal-avvanz awtomatiku fl-iskala. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur, mid-deċiżjoni kkontestata, tad-dritt fundamentali għall-ugwaljanza fit-trattament u għall-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn żewġ uffiċjali b’merti u anzjanità ekwivalenti li ġew promossi fl-istess jum huma ttrattati b’mod differenti. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrent li l-valur tal-avvanz fl-iskala tiegħu, akkwistat b’mod awtomatiku, jinżamm wara l-promozzjoni ulterjuri tiegħu, għar-raġuni li t-tnaqqis tal-fattur ta’ multiplikazzjoni seħħ għaxar xhur wara l-att inizjali. |