|
16.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 312/27 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2019 — Pearson Loan Finance et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-484/19)
(2019/C 312/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pearson Loan Finance Unlimited (Londra, ir-Renju Unit), Pearson Overseas Holdings Ltd (Londra) u Pearson International Finance Ltd (Londra) (rappreżentanti: A. von Bonin u O. Brouwer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2019) 2526, tat-2 ta’ April 2019, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit sa fejn tikkonċerna ċ-CFC Group Financing Exemption (l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi fil-kuntest tar-regoli relatati mal-kumpanniji barranin ikkontrollati); |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi, fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-qafas ta’ referenza fid-deċiżjoni kkontestata; |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi, fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni żbaljata, fid-deċiżjoni kkontestata, tal-eżenzjoni dwar il-finanzjament tal-gruppi bħala deroga għall-funzjonament normali tal-qafas ta’ referenza. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li jikkonċernaw il-konstatazzjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi tiddiskrimina ċerti operaturi ekonomiċi. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li jikkonċernaw il-konklużjoni tad-deċiżjoni kkontestata li l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi ma hijiex iġġustifikata min-natura jew mill-istruttura tal-qafas ta’ referenza. |