12.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 270/44 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2019 — Turk Hava Yollari vs EUIPO — Sky (skylife)
(Kawża T-382/19)
(2019/C 270/46)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Turk Hava Yollari AO (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sky Ltd (Isleworth, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea skylife — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 898 322 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ April 2019 fil-Każ R 880/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tordna lill-EUIPO jiddikjara valida r-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark ikkontestata Nru 898 322 għall-prodotti u s-servizzi kollha rreġistrati fil-klassijiet 39 u 41; |
— |
tordna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, Sky Limited, iħallsu l-ispejjeż kollha tat-tilwima quddiem il-Qorti Ġenerali inklużi dawk relatati mal-proċedimenti quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |