29.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/49 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 — Martínez Albainox vs EUIPO — Taser International (TASER)
(Kawża T-341/19)
(2019/C 255/62)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Martínez Albainox, SL (Albacete, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Taser International, Inc. (Scottsdale, Arizona, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “TASER” fil-kuluri iswed, isfar u aħmar — Trade mark tal-Unjoni Nru 12 817 052
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1577/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata li espressament tiddikjara l-validità tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Nru 12 817 052“TASER” għall-prodotti kollha rreġistrati taħt il-klassi 8; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, Taser International, Inc., għall-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi dawk marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |