|
22.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 246/41 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2019 — 12seasons vs EUIPO — Société Immobilière et Mobilière de Montagny (BE EDGY BERLIN)
(Kawża T-329/19)
(2019/C 246/43)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: 12seasons GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Gail, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société Immobilière et Mobilière de Montagny (Roanne, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva BE EDGY BERLIN — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 981 921
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1522/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |