29.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/46 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2019 — Mubarak vs Il-Kunsill
(Kawża T-327/19)
(2019/C 255/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Mohamed Hosni Elsayed Mubarak (il-Kajr, l-Eġittu) (rappreżentanti: B. Kennelly QC, J. Pobjoy, Barrister, G. Martin, C. Enderby Smith u F. Holmey, Solicitors)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/468 tal-21 ta’ Marzu 2019 (1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/459 tal-21 ta’ Marzu 2019 (2), sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrent; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-konvenut naqas milli jivverifika li l-awtoritajiet Eġizzjani rrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea tar-rikorrent taħt, b’mod partikolari, l-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-proċedura u tal-investigazzjonijiet li fuqhom il-konvenut ibbaża ruħu. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-konvenut wettaq żbalji ta’ evalwazzjoni meta qies li l-kriterju għall-inklużjoni tar-rikorrent li jinsab fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK (3) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011, tal-21 ta’ Marzu 2011 (4), kien issodisfatt. |
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/468 tal-21 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 80, 22.3.2019, p. 40).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/459 tal-21 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 80, 22.3.2019, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK tal-21 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63).
(4) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 tal-21 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 4, rettifika fil-ĠU L 294, 10.10.2014, p. 54).