22.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/39


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2019 — Cipriani vs EUIPO — Hotel Cipriani (ARRIGO CIPRIANI)

(Kawża T-325/19)

(2019/C 246/41)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Arrigo Cipriani (Venezja, l-Italja) (rappreżentanti: S. Bergia u G. Sironi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hotel Cipriani Srl (Venezja, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “ARRIGO CIPRIANI” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 063 838

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 406/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni mressqa minn Hotel Cipriani Srl jew tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO sabiex dan jagħti deċiżjoni fuq din tal-aħħar konformement mas-sentenza;

tordna r-rimbors sħiħ lir-rikorrent tal-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk tal-istanzi preċedenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.