22.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 246/36 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2019 — Thunus et vs BEI
(Kawża T-318/19)
(2019/C 246/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Vincent Thunus (Contern, il-Lussemburgu) u 7 rikorrenti oħra (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat, inkluża l-eċċezzjoni ta’ illegalità inkluża fih; |
— |
konsegwentement,
|
— |
għaldaqstant, tikkundanna lill-konvenut
|
— |
jekk ikun il-każ, fil-każ li huwa ma jipproduċihomx b’mod volontarju, tordna lill-konvenut bħala miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura sabiex jipproduċi d-dokumenti li ġejjin:
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw rispettivament, minn naħa, fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tat-18 ta’ Lulju 2017, żewġ motivi u, min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija ta’ Diċembru 2018 u ta’ Jannar 2019, erba’ motivi.
Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tat-18 ta’ Lulju 2017:
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet kweżiti. |
Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija ta’ Diċembru 2018 u ta’ Jannar 2019:
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att ikkontestat u l-ksur tal-Artikolu 18 tar-Regolamenti tal-Persunal. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-garanziji proċedurali tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal konsultazzjoni tal-Kulleġġ. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. F’dak li jirrigwarda t-talba għad-danni, ir-rikorrenti jitolbu l-ħlas tad-differenza fir-remunerazzjoni dovuta jiġifieri 1.2 % mill-1 ta’ Jannar 2019 (inkluż l-impatt ta’ din iż-żieda fuq il-benefiċċji pekunarji) miżjud b’interessi moratorji. |