24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/79


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2019 — Divaro vs EUIPO — Grendene (IPANEMA)

(Kawża T-288/19)

(2019/C 213/75)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Divaro, SA (Oviedo, Spanja) (rappreżentanti: M. Santos Quintana u M. A. Fernández Munárriz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grendene, SA (Sobral, il-Brażil)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea IPANEMA — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 180 038

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 1785/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 1782/2018-2;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-10 ta’ Lulju 2018 (Oppożizzjoni B 2 598 285.)

tirreġistra it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 180 038 li ġiet opposta għall-prodotti kollha li hemm riferiment għalihom fl-applikazzjoni.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.