|
24.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/75 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2019 — Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO — Filotas Bellas & Yios ((Halloumi χαλλούμι Vermion grill cheese M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927)
(Kawża T-282/19)
(2019/C 213/72)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (Nicosia, Ċipru) (rappreżentanti: S. Malynicz QC (Queen’s Counsel), S. Baran, Barrister u V. Marsland, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Filotas Bellas & Yios AE (Alexandreia Imathias, il-Greċja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: It-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Halloumi χαλούμι Vermion grill cheese/grill est/grill kase M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927 — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 172 276
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 2298/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-applikazzjoni għal annullament. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |