17.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 206/87 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2019 — HIM vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-235/19)
(2019/C 206/76)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Health Information Management (HIM) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Zeegers, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara din it-talba ammissibbli u fondata, u għaldaqstant; |
— |
tiddeċiedi li r-rikorrenti ma hijiex responsabbli biex tħallas in-noti ta’ debitu bin-numri 3241901815 (EUR 94 445.00) u 3241901886 (EUR 121 517.00) maħruġa fl-4 ta’ Frar 2019 u sa fejn huwa meħtieġ tiddikjara li dawn in-noti huma nulli skont l-Artikoli 263 u 264 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tal-ispejjeż kollha, li l-ammont tagħhom huwa stabbilit b’mod provviżorju għas-somma ta’ EUR 8 000. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ komunikazzjoni tar-rapport ta’ awditu definittiv u l-impossibbiltà għar-rikorrenti sabiex tesprimi l-pożizzjoni tagħha b’għarfien sħiħ tal-fatti. Din l-assenza ta’ komunikazzjoni għandha bħala effett li n-noti ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni ma humiex iġġustifikati. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza min-naħa tal-awditur u tal-Kummissjoni tar-regoli li jistabbilixxu l-ispejjeż eliġibbli. Ir-rikorrenti tikkontesta l-pożizzjoni tal-Kummissjoni li, permezz tad-deċiżjoni tagħha, żiedet kundizzjoni mhux prevista mit-testi applikabbli fil-qasam ta’ telexogħol b’mod partikolari u b’dan il-mod adottat aġir li ma huwiex konsistenti ma’ dak li hija nnfisha kienet adottat f’awditi preċedenti li kienu jinvolvu lir-rikorrenti. |