6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/57


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2019 — Sherpa Europe vs EUIPO — Núcleo de comunicaciones y control (SHERPA NEXT)

(Kawża T-170/19)

(2019/C 155/67)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sherpa Europe, SL (Erandio, Spanja) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Núcleo de comunicaciones y control, SL (Tres Cantos, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni SHERPA NEXT — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 891 495

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 523/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut u, fejn xieraq, lill-parti intervenjenti, għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, u l-ispejjeż inkorsi fl-appell quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.