|
6.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/47 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2019 — ZU vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-140/19)
(2019/C 155/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZU (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla, l-ewwel nett, ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent tal-25 ta’ April 2018; |
|
— |
tannulla, it-tieni nett, id-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ promozzjoni tat-18 ta’ Ġunju 2018; |
|
— |
tannulla, it-tielet nett, id-deċiżjoni tat-28 ta’ Mejju 2018, li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrent; |
|
— |
tannulla, ir-raba’ nett, sa fejn ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni Nru R/400/18 tal-21 ta’ Novembru 2018, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra r-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu u kontra d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ promozzjoni; |
|
— |
tannulla, il-ħames nett, sa fejn ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni Nru R/461/18 tal-21 ta’ Novembru 2018, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal assistenza tiegħu. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, insostenn tat-talba tar-rikorrent għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal assistenza tiegħu, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, ksur tad-dmir ta’ premura, ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, u użu ħażin ta’ poter. |
|
2. |
It-tieni motiv, insostenn tat-talba tar-rikorrent għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu u tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ promozzjoni, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, ommissjoni ta’ fatti rilevanti u użu ħażin ta’ poter. |