25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/45


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2019 – ECSEL Joint Undertaking vs Personal Health Institute International

(Kawża T-64/19)

(2019/C 112/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ECSEL Joint Undertaking (rappreżentanti: G. Kuyper u P. Brochier, avukati)

Konvenuta: Personal Health Institute International (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lil ECSEL l-ammont ta’ EUR 25 513,84, flimkien mal-interessi bir-rata kuntrattwali ta’ 3,5 % mill-15 ta’ Diċembru 2014 sakemm isir il-ħlas komplet.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed biss ibbażat fuq l-allegat ksur kuntrattwali mill-konvenuta li, skont ir-rikorrenti, ma tat l-ebda dettall jew informazzjoni dwar il-proġett tagħha lill-awtorità ta’ finanzjament nazzjonali kompetenti u kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha, liema fatt jiġġustifika għalhekk ix-xoljiment tal-kuntratt, għal dak li jirrigwarda r-rikorrenti, permezz tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti li jinsabu fl-Artikolu II.20.1 tal-Anness II tal-ftehim ta’ għotja.