4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/69


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2019 – Volkswagen vs EUIPO (CROSS)

(Kawża T-42/19)

(2019/C 82/81)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Thiering u L. Steidle, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CROSS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 366 528

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 2500/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad l-ilment tar-rikorrenti, u tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 16 366 528 għall-prodotti u s-servizzi kollha;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad l-ilment tar-rikorrenti, u tibgħat l-kawża lura quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.